Meta tixtri jew tbiegħ propjetà f'Malta, jien niggwidak matul il-proċess legali kollu. Bħala nutar, nipprepara id-dokumenti meħtieġa biex jiġi trasferit it-titlu tal-propjetà.
Jien niżgura li m'hemmx problemi legali jew drittijiet li jistgħu jkunu marbuta mal-propjetà, u nipprepara l-kuntratt tal-bejgħ.
Kemm jekk int "first time buyer," u sew jekk int investitur ta' esperjenza, ir-rwol tiegħi hu li nipproteġi l-interessi tiegħek matul il-proċess billi niżgura li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet legali kollha, u li ż-żewġ partijiet ikunu infurmati sew.
Ikkuntattjani għal aktar informazzjoni, jew jekk tixtieq parir.
Tislijiet,
Nutar Dr Jacqueline Calleja
Jekk tixtieq tagħmel kuntatt miegħi tista' tibgħat messaġġ hawnekk.
Nibgħatlek lura mill-iktar fis.